Mart Bernard Grech tfiq mill-coronavirus

Bernard Grech and his children

Read in English.

AnneMarie Grech, mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, ħarġet negattiva għat-test tal-coronavirus wara li fl-aħħar ġimgħat kienet instabet pożittiva.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li fuq struzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, hi se tkun qed ittemm il-perjodu ta’ kwarantina ta’ 14-il ġurnata għada f’nofsillejl.

Il-familja ta’ Grech irringrazzjat lil dawk kollha li bagħtu messaġġi u lill-professjonisti mediċi tal-professjonalità tagħhom.