CassarCamilleri tipproduċi 6,700 hand sanitizer għall-ħaddiema tas-saħħa

DOI - Clifton Fenech

Read in English.

Il-kumpanija CassarCamilleri biddlet il-linja tal-produzzjoni tal-inbid f’waħda li minnha se jibbenefikaw l-isptarijiet u l-pubbliku Malti, permezz ta’ manifattura ta’ hand sanitizers.

Waqt żjara fil-faċilità tal-ibbottiljar CassarCamilleri PET f’San Ġwann, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna faħħar l-inizjattiva tal-maniġment tal-kumpanija, li f’dan iż-żmien partikolari kienet innovattiva u ħadet miżuri biex tassigura kontinwità fin-negozju.

Il-kumpanija tat donazzjoni ta’ 6,700 flixkun hand santizer lill-Gvern, sabiex ikunu jistgħu jintużaw fl-isptarijiet Maltin.  Iċ-chairman tal-kumpanija Jeremy Cassar qal li l-kumpanija użat il-faċilitajiet ta’ ppakkeġġjar f’San Ġwann.

Il-Ministru Scicluna qal li l-Gvern ta wkoll eżenzjoni mill-ħlas tas-sisa fuq l-alkoħol ‘denatured’ lill-produtturi kollha f’Malta, sabiex jipproduċu sanitizers f’Malta stess.

Cassarcamilleri Ltd hija magħrufa l-aktar għall-ibbottiljar tal-ilma Fontana, tal-Coolee Squashes u liquers lokali bħal Black Eagle Anisette u Zeppi’s. L-isem ta’ dan is-sanitizer huwa Sanitan.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn