Marseille wara Fellaini

Fellaini

Skont il-gazzetta L'Equipe, it-tim Franċiż li din is-sena wasal sal-finali tal-UEFA Europa League jinsab interessat fil-midfielder Marouane Fellaini ta’ Manchester United.
Il-kuntratt tal-plejer Belġjan wasal fi tmiemu u hu mistenni jħalli lir-Red Devils wara ħames staġuni.
Marseille mhumiex l-unika klabb Ewropew li xeħet għajnejh fuq il-midfielder ta’ 30 sena hekk kif Milan, Roma, Juventus, Galatasaray u Besiktas kollha wrew interess fih.
Fellaini ngħaqad ma’ Manchester United wara 6 staġuni ma’ Everton u rnexxilu jiskorja 37 gowl f’246 logħba fil-Premier League Ingliż.
Hu ser ikun ukoll parti mit-tim nazzjonali Belġjan immexxi minn Roberto Martinez li ħa jikkompeti għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja.