Marsa St. Michael jirbħu n-Knock Out

Gowl xi ftit fortunat ta’ Dimitri Boyadhziev kien biżżejjed sabiex Marsa St Michael jirbħu l-Malta Amateure Football Association Knock Out.
Marsa, irnexxielhom jirbħu lis-Senglea Gunners bl-iskor ta’ 1-0 fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni. Il-goal tar-rebħa sar propju fil-35 minuta tal-ewwel taqsima.
L-Isla rreaġixxew għal dan il-gowl b’azzjoni żewġ minuti wara iżda Royter Degiorgio seta’ jagħmel aħjar hekk kif mill-viċin ixxuttja u tefa’ l-ballun barra.
Ir-referee għal din il-partita kien Lorry Sammut.