“Mars here we come!!”

Vettura spazjali li kienet qed tiġi ttestjata bħala parti mill-proġett Starship, splodiet mal-inżul tagħha fil-faċilità ta’ Boca Chica f’Texas. Il-vettura spazjali, li ssemmiet SN8 u kienet għolja 16-il sular, ma kien hemm ħadd fuqha.

L-esperiment tal-vettura dam sitt minuti u nofs. Wara d-diżappunt tal-inżul tagħha Elon Musk, il-fundatur tal-kumpanija spazjali SpaceX qal “Mars here we come!!”. Musk  iddeskriva l-proġett Starship bħala l-futur tal-kumpanija tiegħu. Huwa qal li l-vettura spazjali splodiet għax niżlet bis-saħħa iżda xorta waħda kien sodisfatt bir-riżultat.

SN8 hija prototip tal-vettura Starship, li qed tiġi mibnija mill-kumpanija Amerikana Space X. Meta tkun żviluppata din il-vettura għandha tkun għolja 120 metru. L-ambizzjoni ta’ Musk hi li ttella’ lin-nies fl-ispazju, anki fuq Mars u l-qamar.