​Marru jfittxuh fix-Xwejni; wara ftit jitfaċċa waħdu

Il-Pulizija, Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fix-Xwejni, limiti ta’ Marsalforn, biex ifittxu raġel li allegatament niżel jgħum u ma telax.
Huma ssejħu għall-ħabta tas-1.45pm biex ifittxu lill-Ingliż ta’ 50 sena residenti n-Nadur.
Madanakollu, r-raġel li kien qed jogħdos tela’ waħdu qawwi u sħiħ.
It-tfittxija saret fl-istess post fejn kienet qed tgħum mara u mietet ftit jiem wara l-isptar il-ġimgħa li għaddiet.