Ġew btala Malta u nstabu pożittivi meta waslu lura Spanja

Miguela Xuereb

Read in English.

Grupp ta’ ħbieb li ġew btala Malta nstabu pożittivi għall-coronavirus meta waslu lura d-dar tagħhom fi Spanja.

Il-midja Spanjola qed tirraporta li nstabu pożittivi fil-Belt ta’ Salamanca li għandha popolazzjoni ta’ inqas minn 200,000 ruħ.

L-awtoritajiet tas-saħħa Spanjoli sabu li ħames persuni fil-grupp ta’ sitta ħarġu pożittiv għall-virus. Il-grupp sħiħ qiegħed jinżamm kwarantina fid-djar rispettivi tagħhom.

Dawn il-persuni rritornaw lura f’pajjiżhom it-Tnejn li għadda.

Intant, żagħżugħ Taljan li kien Malta għal vaganza rriżulta pożittiv għall-coronavirus mal-wasla tiegħu fl-Italja.