Marotta jrid lil Sandro jibqa’ ma’ Juventus

sandro

Juventus jemmnu li Alex Sandro mhux ser iħalli s-Serie A sabiex ikompi l-karriera tiegħu fl-Ingilterra.
Id-Direttur Ġenerali Giuseppe Marotta stqarr li l-klabb qed jaħdem sabiex iġedded il-kuntratt ta’ Sandro li jintemm fl-2020.
Matul is-sajf l-għadda Chelsea kienu jidhru ferm viċin li jakkwistaw lid-difensur ta’ 27 sena iżda hu għażel li jibqa’ mar-rebbieħa tas-Serie A.
Jose Mourinho qed ifittex li jwettaq numru ta’ akkwisti matul is-suq tat-trasferimenti li se jiftaħ daqt u Sandro kapaċi jieħu post Luke Shaw jew Matteo Darmian. Il-plejer Brażiljan lagħab 133 darba għall-Juventus wara li ngħaqad magħhom mingħand Porto fl-2015.