Marlene u Godfrey Farrugia jirriżenjaw mill-PD

Read in English.

Il-membri parlamentari Marlene u Godfrey Farrugia rriżenjaw mill-Partit Demokratiku biex jagħtu l-Partit ċans jinbena fil-partit li l-pajjiż ghandu bzonn biex l-elettorat ikollu għażla vera fl-Elezzjoni Generali li jmiss.

Il-koppja żvelaw li l-futur tagħhom se jkun lil hinn mill-politika.

“Xogħlna fil-parlament b’ risq l-Interess Nazzjonal jkompli sa tmiem din il-legislatura, li ghalina ser tkun ukoll l-aħħar legislatura, peress li m’ aħniex ser nikkontestaw aktar elezzjonijiet,” huma qalu.

Huma qalu li kull decizjoni politika li ħadu, ħaduha fi spirtu ta’ lealtà lejn Malta u Ghawdex, qabel kollox.

“Inhossu, li l-ikbar bżonn li għandu pajjizna bhalissa huwa li nassiguraw li jibqa’ pajjiz demokratiku fejn is-saltna tad-dritt u l-ġustizzja soċjali jibqgħu pilastri ewlenin fil-politka li titħaddem fil-pajjiż.

“Biex id-demokrazija tibqa’ ħajja, f’dan il-mument fl-istorja tagħna, jeħtieg li jkun hawn forza politka li tiġbor fiha lil dawk il-movimenti kollha li jħaddnu viżjoni ta’ sostenibilità ekonomika, soċjali u ambjentali, u rispett lejn l-umanita,” huma qalu.