Marlene Mizzi tissieħeb ‘fil-gwerra’ ta’ Facebook

Wara l-battibek sħun fuq Facebook bejn il-Ministru Edward Scicluna u l-MEP Nazzjonalista David Casa, issa kien imiss lill-MEP Laburista Marlene Mizzi biex tinżel fl-arena ta’ Facebook biex tattakka lil ekx-Kap Nazzjonalista Dr Simon Busuttil.
Mizzi qalet li Busuttil ma għandux għalfejn jinkwieta mit-theddid għax 80% jixtiequh ħaj għax hekk jaqbel lill-PL waqt li l-20% l-oħra jinjorawh.
Wieħed jista’ jikkunsidra dan il-kumment bħala battuta iebsa bejn żewġ politiċi iżda kif fissrulna sorsi legali li xtaqu jibqgħu anonimi, hemm sfond legali li jqajjem minħabba fih il-kumment jakkwista ċerta importanza.
L-istess sorsi fakkru li Simon Busuttil kien talab lill-Qorti biex ma jħallix lill-Imħallef Mizzi jisma’ l-każ li Busuttil fetaħ f’Ottubru li għadda. Busuttil kien argumenta fil-Qorti li l-perċezzjoni tan-nies kienet li l-Imħallef Mizzi ma kienx se jidher li jista’ jkun imparzjali minħabba l-attakki li l-mara tiegħu l-MEP Marlene Mizzi kienet tagħmel kontra Simon Busuttil.
F’Lulju li għadda, il-Qorti tat raġun lil Busuttil iżda fl-istess xahar, l-Avukat Ġenerali appella. Għaliex, staqsew is-sorsi tagħna, Marlene Mizzi għażlet li waqt li għaddej l-appell fil-Qorti, tkompli tattakka lil Busuttil meta dan jista jsaħħaħ il-każ ta’ Busuttil?