Marlene Mizzi tinħatar rapporteur dwar il-Brexit

Il-Membru Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi ġiet appontata bħala r-rapporteur għall-Kumitat tas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, li qed jieħu ħsieb il-proposta leġiżlattiva li tikkumplimenta l-leġiżlazzjoni dwar il-Brexit.

Dan ir-rapport b’rabta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, huwa l-ewwel wieħed li qiegħed jitmexxa minn Membru Parlamentari Ewropew Malti.

Ir-rapport huwa mmirat biex joħloq struttura li tibqa’ tagħti aċċess għas-Suq Ewlieni Ewropew lill-manifatturi tal-vetturi ladarba r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni.

L-MPE Mizzi qalet li hi onorata li nfdat biex tmexxi dan ir-rapport leġiżlattiv, li se jolqot lil numru kbir ta’ ċittadini bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Hija semmiet is-suq tal-vetturi bħala eżempju ta’ wieħed mis-setturi li se jiġi affettwat mill-Brexit.