Marlene Mizzi tiftaħ libell kontra David Casa

L-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi fetħet libell kontra l-Kap ta’ Delegazzjoni u Ewroparlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista David Casa dwar artiklu li ġie ppubblikat fil-gazzetta Malta Today. Mizzi qalet li Casa ta kummenti malafamanti fil-konfront tagħha.

Fl-artiklu Casa kien kwotat li qal li Mizzi kienet qed tikri l-uffiċċju tagħha mingħand it-tifla tagħha stess, u ġie implikat hekk kif kien kwotat li kienet qed tieħu fondi mill-Parlament Ewropew allokati għall-kiri tal-uffiċċju, skont l-applikazzjoni li għamel it-tim legali tal-MEP.

L-applikazzjoni ġiet iffirmata minn l-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo.