Marlene Mizzi tħeġġeġ lin-nisa jidħlu fid-dinja tal-intrapriża

Waqt li ħadet sehem f’dibatittu fil-Parlament Ewropew, l-ewro-parlamentari Marlene Mizzi saħqet dwar l-importanta li aktar nisa jieħdu sehem fid-dinja impreditorjali fi żminijiet ta’ kriżi.

Fid-diskors tagħha Marlene Mizzi tkellmet ukoll dwar id-diffikultajiet li jiffaċjaw in-nisa meta jiġu biex jiftħu negozju personali,  u saħqet biex in-nisa ma jaqtgħux qalbhom imma jemmnu fil-potenzjal tagħhom.

L-ewro-parlamentari talbet ukoll lill-Kummissarju tal-Ġustizzja Viviane Reding, biex tingħata iżjed attenzjoni sabiex tonqos il-burokrazija fl-intrapriżi żgħar għax fi kliem Mizzi dan jista’ jmur kontra n-nisa nfushom.

Minn naħa tagħha l-Kummissarju Reding tkellmet dwar id-diffikultajiet li n-nisa jiffaċjaw meta jiftħu intrapriża tagħhom u saħqet dwar il-ħidma li qed issir mill-Kummisjoni dwar dan. 

Intant in-nisa huma biss 31% tan-numru totali ta’ self-employed fl-Ewropa. Fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea Malta għandha waħda mill-iktar rati baxxi ta’ intrapriżi mmexxija min-nisa, b’5% biss tan-nisa li jaħdmu huma self-employed.