Marlene Mizzi se tiffoka fuq tnaqqis ta’ burokrazija

L-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi se tkun qed tiffoka biex tnaqqas il-burokrazija għaċ-ċittadini u għan-negozji. Dan hekk kif inħatret rapporteur fuq il-proposta leġislattiva dwar Portal Diġitali Uniku.
Marlene Mizzi, li tagħmel parti mill-grupp S&D qalet fi stqarrija li se tkun qed tiffoka biex tnaqqas il-burokrazija għaċ-ċittadini u għan-negozji. Dan jgħinhom biex jaċċessaw u jifhmu l-informazzjoni u proċeduri relevanti għalihom aħjar. L-immaniġġjar ta’ diversi servizzi fosthom proċeduri amministrattivi, pensjonijiet, u benefiċċji soċjali onlajn se jiġi indirizzat ukoll.
Għalkemm din l-informazzjoni kollha diġà hija aċċessibbli tinsab imxerrda f’diversi postijiet. Ir-riżultat ta’ dan hu li ħafna ħin jispiċċa jinħela u in-nies jinfixlu tul il-proċess tat-tfittix. Mizzi ser tkun qed tistinka biex din is-sitwazzjoni titjieb u ħeġġet biex n-nies jgħaddu l-kummenti u suġġerimenti tagħhom.