Marlene Mizzi b’attività dwar l-intraprenditorija fl-Ewropa

L-Ewroparlamentari Maltija Marlene Mizzi se torganizza attività fil-Parlament Ewropew biex tippromwovi l-importanza tal-ispirtu intraprenditorjali Ewropew.
Matul din l-attività li se ssir għada se jiġu ppreżentati l-ewwel indiċi annwali tal-AESI tal-Università teknika ta’ Munich.
Dawn l-inċidi huwa bbażat fuq teorija li teżamina l-intenzjonijiet taċ-ċittadini lejn tip ta’ imġieba, bħar-rieda li jinbeda negozju u kif dawn huma affetwati minn fatturi ta’ movitazzjoni.
L-indiċi jeżaminaw l-ispirtu intraprenditorjali fost gruppi demografiċi differenti, bħall-età u s-sess.
Din l-informazzjoni tagħti ħarsa aħjar għaliex in-nies li jgħixu f'pajjiżi partikolari jimmaġinaw jew ma jimmaġinawx li jibdew negozju, u b'hekk tingħata possibbilità aħjar għat-tfassil tal-politika pubblika.
Marlene Mizzi qalet li l-Ewropa teħtieġ aktar nies b'attitudni intraprenditorjali u b'ideat kreattivi.
Sostniet li rridu niżguraw mhux biss li niddentifikaw intraprendituri potenzjali iżda li dawn ikollhom l-inċentivi tajba, l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudni meħtieġa biex jilħqu.