Marlene Farrugia u Claudette Buttigieg jattendu laqgħa fi Brussell

Id-deputati Marlene Farrugia u Claudette Buttigieg attendew għal-Laqgħa tal-Kumitat Interparlamentari dwar il-Politika tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea, fi Brussell.

Waqt l-intervent tagħha, id-deputat Laburista Marlene Farrugia enfasizzat dwar l-importanza li l-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem tiġi inkluża fil-kurrikulu tal-iskola tat-tfal minn età żgħira.

Irreferiet ukoll għall-problemi li qed taffaċċja Malta bl-influss tal-immigrant irregolari.

Dwar din il-kwistjoni tkellmet ukoll id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg li qalet li l-involviment tas-soċjetà ċivili u l-NGOs li jaħdmu direttament mal-immigranti huwa essenzjali.