Marlene Farrugia tirriżenja biex ma titfax dell ikrah

Id-deputat Laburista Marlene Farrugia, irriżenjat mir-rwol li kellha fil-Ministeru tas-Saħħa.

Fl-aħħar jiem, tqajmet kontroversja fuq ir-rwol li kellha Marlene Farrugia fuq dak li ssejjaħ bħala kunflitt ta' interess, għaliex l-istess ministeru hu mmexxi mis-sieħeb tagħha, Dr Godfrey Farrugia.

Hi qalet li ma riditx li b'din il-kontroversja titfa' dell ikrah fuq il-ħidma li qed issir mill-Ministeru, fil-bidu ta' din il-leġislatura ġdida.