Marlene Farrugia tindika li tista’ ma tibqax Kap tal-PD

Il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia indikat li tista’ ma tibqax Kap tal-PD.
Mistoqsija mill-ġurnalisti, Dr Farrugia qalet li jista’ jkun ma terġax tikkontesta għall-Kap tal-PD għax trid tikkonċentra aktar fuq il-ħidma parlamentari u xogħolha.
Hija qalet dan waqt li kienet qed twieġeb mistoqsijiet dwar l-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.   Dr Farrugia qalet li l-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista tista’ terġa’ tinħataf mill-klikek.
Tenniet li għandhom jivvutaw il-membri kollha tal-PN biex il-Kap ikollu appoġġ aktar wiesa’ u jkollu aktar saħħa morali.
Saħqet li minn dak li qed tisma’ jidher li se jirbħu l-klikek u jista’ jkun hemm elementi li jkunu one party state b’żewġ irjus.
Marlene Farrugia tenniet li m’għandhiex fiduċja fl-erba’ kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni.
Ritratt: arkivji