Marlene Farrugia se tindirizza l-protesta tal-PN kontra l-korruzzjoni

Fost il-kelliema waqt id-dimostrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista kontra l-korruzzjoni se titkellem il-Membru Parlamentari indipendenti Marlene Farrugia.
Din se tkun it-tieni darba li Marlene Farrugia indirizzat folla Nazzjonalista wara li f'Mejju li għadda indirizzat il-protesta fiż-Żonqor.
Żewġ kelliema oħra se jkunu l-Avukat Arthur Galea Salamone u l-eks-President tal-Kunsill Studenti Universitarji Karl Grech.
Il-protesta se ssir fi Pjazza Kastilja propju quddiem l-uffiċċju tal-Prim Ministru.
Xahar ilu l-Partit Nazzjonalista organizza l-ewwel protesta nazzjonali kontra l-karruzzjoni wara li feġġ l-iskandlu li fih huma nvoluti l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.