Marlene Farrugia lesta ċċedi postha

Il-Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni Marlene Farrugia f’kitba fuq Facebook qalet li lestha ċċedi postha jekk il-persuna li tintagħżel bħala Kap tal-Oppożizzjoni tkun ġejja minn barra l-grupp parlamentari. Il-kitba ta’ Farrugia ġiet wara li diversi talbu r-riżenja tal-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, fosthom il-grupp Occupy Justice minħabba l-allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika.

AQRA: Il-Qorti tgħid li Delia jista’ jara lit-tfal

Farrugia saħqet li jekk Delia jagħmel dak li hemm bżonn u jirreżenja, u jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partiti fl-Oppożizzjoni, allura hi lesta li ċċedi postha. Sostniet li hemm bżonn ta’ Oppożizzjoni magħquda u responsabbli, filwaqt li kompliet temfasizza li hemm bżonn Oppożizzjoni li tippreżenta gvern alternattiv.

Jekk Delia jaghmel dak li hemm bzonn jaghmel u jirrezenja minn Kap tal-PN u tal-Oppozizzjoni , u jekk il-PN u l-PD…

Posted by Marlene Farrugia on Saturday, December 29, 2018