Markovic viċin Swansea

Il-plejer ta’ Liverpool Lazar Markovic jinsab lest illi jitlaq lill-klabb hekk kif skont l-istazzjon Sky Sports, Swansea City qed iħabbtulu l-bieb. Dan il-plejer illi jilgħab f’nofs il-grawnd ftit qed jiġi użat mill-kowċ Jurgen Klopp u l-idea ta’ trasferiment tidher waħda ferm viċin. 
Skont l-istess stazzjon, Markovic jista’ jingħaqad ma’ Swansea għal kollox u lest li jagħti sehmu sabiex jgħinhom jinqalgħu mill-aħħar post tal-klassifika tal-Premier League Ingliż.