Mark Spiteri jirbaħ il-midalja tal-bronż fit-Tazza tad-Dinja tal-bowling

Mark Spiteri rebaħ il-midalja tal-bronż fit-Tazza tad-Dinja tal-bowling tas-seniors li qeda tintlagħab ġewwa Las Vegas.

Wara li spiċċa fit-tielet post minn 159 plejer gejjin minn 41 pajjiż differenti, u minħabba li rnexxielu jtella’ medja ferm għolja ta’ 223 punt, Spiteri kellu jilgħab kontra l-Amerikan Lennie Boresch li kkwalifika fit-tielet post.

Din kienet taqtigħa sabiħha ferm, fejn minħabba żball żgħir fis-seba’ frejm Spiteri fetaħ it-triq lil Boresch li rebaħ 246-223. Boresch kompla biex wasal jirbaħ it-tazza tad-dinja meta fil-finali għeleb lill-Kanadiz Michael Snow.