Mark Spiteri jagħmilha għall-Masters mal-aqwa 24 atleta

Wara li rebaħ l-ewwel midalja għal Malta fil-Kampjonati Mondjali u wara li ġie t-tielet fl-event tas-Singles, Spiteri kiteb kapitlu ieħor fl-istorja tat-Tenpin Bowling meta rnexxielu jikkwalifika għall-Masters. Bir-riżultat tiegħu ta’ medja ta’ 211.67 hu spiċċa fit-tnax-il post fl-All Events. B’hekk huwa lagħab fil-Masters, fejn l-aqwa 24 atleta mondjali kkompetew fi stadju knockout.

L-avversarju ta’ Mark kien in-Norveġiż Ingar Gabrielsen. Spiteri tilef l-ewwel logħba u rebaħ it-tieni iżda reġa’ tilef it-tielet u b’hekk ma setgħax ikompli javvanza fil-kompetizzjoni.