Bosta persuni li kienu jafu lil Mark Camilleri iddeskrivewh bħala bniedem umli u ċajtier.
Camilleri ġie identifikat bħala r-raġel li lbieraħ miet kawża ta’ inċident tat-traffiku fil-Mistra waqt li kien qed isuq mutur.
Fuq il-medja soċjali, diversi persuni wrew id-dieqa tagħhom għat-telfa ta’ Camilleri. Huma qalu li dejjem se jibqgħu jiftakruh bħala bħala bniedem ċajtier, umli u li dejjem lest li jkun ta’ għajnuna għal dawk ta’ madwaru.
Ilbieraħ, Camilleri, li kellu 46 sena u kien jgħix il-Mellieħa, tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun direzzjoni lejn il-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.40pm.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegaw li l-inċident seħħ bejn karozza li kienet misjuqa minn mara ta’ 49 sena mil-Litwanja residenti San Pawl il-Baħar u r-raġel li kien qed isuq mutur.
Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post minnufih u ssejjaħ tim mediku biex jagħti l-ewwel għajnuna lir-raġel madankollu huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.