Mark Gatt issejjaħ l-iskwadra nazzjonali tal-futbol tan-nisa

Mark Gatt, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, sejjaħ l-iskwadra finali ta' 18-il plejer li se jilagħbu fi Grupp 2 tal-UEFA Mini Women's Tournament.
L-iskwadra ta' plejers li sejjaħ Mark Gatt għal dawn il-partiti hi din:
Gabriella Zahra, Ann-Marie Said, Stephania Farrugia, Dorianne Theuma, Ylenia Ann Carabott, Rachel Cuschieri, Martina Borg, Francesca Chircop, Antoinette Sammut, Janice Xuereb, Mandy Debono, Shona Zammit, Jade Flask, Charlene Zammit, Brenda Borg, Emma Xuereb, Yasmeen Marie Vella, u Rachel Lynn Borg.
L-ewwel logħba li l-Maltin se jilagħbu kontra l-Andorra hija skedata għal nhar is-Sibt li ġej fis-2:15pm.
Jumejn wara, il-Maltin jilagħbu kontra l-Ġorġjani fis-2.15pm u l-aħħar logħba tkun dik kontra l- Gżejjer Faroe fid-9 ta' April fil-11.00am.
Dawn it-tliet logħbiet se jintlagħbu kollha fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Ħamrun.