Mark Gasan jiċħad li fl-2013 mar ikla li għaliha kien hemm Joseph Muscat

Pope FrancisMark Gasan Public inquiry

Read in English.

L-imsieħeb tal-Electrogas Mark Gasan xehed illum fl-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Xi spikka mis-seduta tal-lum?

  • Mark Gasan qal li fl-2014 Yorgen Fenech kien ħbieb ma’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.
  • Mark Gasan jgħid li sar konxju dwar ir-rabtiet bejn Yorgen Fenech u l-Partit Laburista wara l-elezzjoni ġenerali.
  • Rapport NAO dwar l-Electrogas:  Mark Gasan jgħid li l-garanzija tal-gvern qatt ma messa saret jew kien kjarifikat kollox minn qabel.  Skorrett min jgħid li din gawdiet minnha l-electrogas
  • L-Electrogas ħallset lill-Gvern €11-il miljun għall-garanzija – Mark Gasan
  • 17 Black: “Irċevejt mistoqsijiet minn ġurnalist. Wara li weġibtu ċempilt lil Yorgen u għedtlu “solviha, qed nassumi li mhix vera”.
  • Mark Gasan ċaħad li kien f’ikla fil-15 ta’ Frar 2013, li għaliha kien hemm preżenti Joseph Muscat.
16:51 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
16:50 Nhar l-Erbgħa fis-2pm, il-Ministru Jose Herrera u Paul Apap Bologna se jkunu qed jixhdu fil-Qorti.

Il-Ġimgħa fid-9.30am, se jixhed il-Ministru Carmelo Abela.
Nicole Borg
16:49 Ix-xhieda ta' Gasan tintemm hawn.
Nicole Borg
16:49 Wara l-aħħar mistoqsija mill-bord, Mark Gasan qal li ma jaf xejn dwar laqgħa fl-Ażerbajġan.
Nicole Borg
16:44 Dr Azzopardi staqsa dwar l-ikla tal-15 ta' Frar tal-2013 li saret għand George Fenech f'Portomaso. Preżenti kien hemm Yorgen Fenech, George Fenech, Karmenu Vella u t-tifel tiegħu John, Mark Gasan u missieru u kien hemm ukoll preżenti Joseph Muscat.

Gasan ċaħad li kien f'ikla fejn kien hemm Muscat, Imma Azzopardi qal li rawh b'għajnejhom xhieda.
Nicole Borg
16:43 L-ispiża stamta fil-bidu kienet ta' €250 miljun. Din telgħet għal €350 miljun sat-talba fil-fażi tal-proposti.
Nicole Borg
16:41 Dr Azzopardi: F'Ottubru tal-2013, kont konxju li l-Unjoni Ewropea ħabbret li l-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallij kien ikkwalifika għall-fondi? Il-mistoqsija hija jekk kontx konxju b'diskussjonijiet bejn membri tal-Electrogas u l-gvern dwar dan?

Gasan: Le.
Nicole Borg
16:40 ""Nittamaw li d-dettalji tal-proġett jiġu ffinalizzati sa Marzu tal-2014," qal Buxton. Wara l-bidu tal-kostruzzjoni, se tieħu 18-il xahar ieħor biex jasal il-floating storage unit (FSU) fil-post. Sa Settembru tal-2015, se jasal f'Malta l-ewwel shipment LNG u l-konsorzju għandu jibda jara ritorn mill-investiment, qal hu."

Gasan qal li ritorn fuq l-investiment ma jfissirx neċessarjament profitt.
Nicole Borg
16:39 Dr Azzopardi qara aktar: "Hu u jitkellem ma' International Oil Daily, is-COO ta' Gasol, Aaln Buxton, qal li s-suċċess tal-proġett kien grazzi għar-rebħa tal-Partit Laburista, li daħal fil-Gvern f'Marzu."

[https://daphnecaruanagalizia.com/2013/10/speaking-to-international-oil-daily-gasol-chief-operating-officer-alan-buxton-said-the-success-of-the-project-relied-on-the-recent-landslide-victory-of-the-labor-party-which-came-to-power-in-march/]
Nicole Borg
16:38 Ix-xhud qal li possibilment hu u Apap Bologna kienu ntwerew mudelli finanzjarji differenti.
Nicole Borg
16:36 Gasan qal li ma jiftakarx li kien qara dan l-artiklu u żied jgħid li kien konxju li Gasol kellhom problemi finanzjarji, madanakollu, Gasol kienet appoġġjata minn SOCAR.
Nicole Borg
16:35 Dr Azzopardi staqsa jekk kienx qara dan l-artiklu.
Nicole Borg
16:34 Dr Azzopardi qara mill-blogg tal-ġurnalista assassinata Daphne Carurana Galizia: "L-imsieħeb bi 30% tal-kumpanija tal-powerstation huwa teknikament fallut"

[Aqra aktar minn hawn: https://daphnecaruanagalizia.com/2015/07/30-shareholder-in-power-station-company-is-technically-bankrupt/ ]
Nicole Borg
16:33 Dr Azzopardi jibda jistaqsi.
Nicole Borg
16:31 Dr Comodini Cachia staqsiet lix-xhud jekk staqsiex dwar il-proġett high-righs fl-Imrieħel wara li ħareġ li Yorgen Fenech iltaqa' mal-Ministru dakinhar li nbidlet il-policy.

Gasan qal li l-allegazzjonijiet ħarġu wara l-arrest ta' Fenech.
Nicole Borg
16:31 Gasan qal li hu ltaqa' ma' Konrad Mizzi u Keith Schembri wara l-offerta.
Nicole Borg
16:30 Muscat kien mistieden it-tieġ ta' Mark Gasan.
Nicole Borg
16:29 Gasan qal li ltaqa' ma' Joseph Muscat każwalment qabel ma' sar Prim Ministru.
Nicole Borg
16:27 Dr Comodini Cachia rreferiet għal email minn Halpin li tmur lura għas-16 ta' Ġunju tal-2017 u li ntbagħtet lil Fenech, Mark Gasan, Ray Sladden u oħrajn.

Fl-email tagħha, Halpin infurmat li l-Electrogas kienet qed tgħaqqad lista ta' kumpaniji biex tinkludihom fit-tenders.

Hi staqsiet jekk kienx hemm xi arranġament li l-kumpaniji Maltin jipprovdu s-servizzi.
Nicole Borg
16:26 Dwar jekk il-Grupp Gasan ipprovdiex servizzi lill-Electrogas, ix-xhud qal li krew xi karozzi mill-Grupp Gasan.
Nicole Borg
16:25 Gasan qal li hu ma kienx involut fin-negozju tal-assgurazzjoni. Hu qal li l-familja tiegħu ma kinitx qed tipprovdi dik l-assgurazzjoni.
Nicole Borg
16:25 L-ERA kellha bżonn garanzija ta' €5.5 miljuni li mbagħad naqset għan-nofs u insurance policy.
Nicole Borg
16:25 Gasan qal li l-email kienet tikkonċerna l-insurance policy.
Nicole Borg
16:23 Dr Comodini Cachia staqsiet dwar l-email li Mark Gasan bagħat fit-28 ta' Diċembru tal-2016 lil Catherin Halpin u oħrajn dwar il-garanzija tal-IPPC, fejn staqsa lil Halpin kif marret il-laqgħa u jekk kienux jaqblu fil-prinċipju.
Nicole Borg
16:19 KIen hemm problema oħra mal-ERA b'rabta mal-permess li kiseb biex iġib l-FSU.

Dr Comodini Cachia qrat email datat fit-12 ta' Jannar tal-2017 minn Stephen Jorgensen lil grupp ta' persuni. Qalet li x-xhud kien involut f'din l-email. Din kienet dwar l-obbligazzjonijiet tal-Electrogas fejn jidħol il-permess tal-IPPC li tnaqqas minn €5.5 miljuni għal €2.5 miljuni.

Gasan qal li hu ma kienx konxju ta' dan.
Nicole Borg
16:17 Staqsew lil Gasan jekk kienx jaf li l-parir tal-Avukat Ġenerali kinitx imfittxija biex taqbeż lill-Parlament dwar il-problema tat-taxxa tas-sisa.

Hu staqsa jekk din kinitx ippubblikata fil-midja u qal li ma kienx jaf.
Nicole Borg
16:16 Gasan qal li ma kienx jaf lill-ministru.
Nicole Borg
16:15 Gasan qal li se jispjega. Qal li hu ma ltaqax mal-Ministru.
Nicole Borg
16:12 Dr Comodini Cachia qrat email mil-leak tal-Electrogas tal-5 ta' Jannar tal-2017 lil Catherine Halpin u s-CFO (Peter).

"Kont qed nitkellem ma' Peter aktar kmieni dwar numru ta' problemi. Peter tista' tniżżel il-problemi pendenti? Irridu nkunu konxji tal-problemi kollha u naraw li jidħol fis-seħħ pjan biex dawn ikunu indirizzati u mhux nindirizzawhom meta jitfaċċaw.

Naqbżu lill-Enemalta u mmorru direttament għand il-Ministru?" qrat l-avukat.
Nicole Borg
16:12 Gasan qal li mil-laqgħat tal-bord li attenda għalihom din ma kinitx diskussa. Qal li minn dak li qallu s-CFO, it-taxxa tas-sisa għandha titħallas mill-Enemalt.

"Jekk din hija skorretta, l-Electrogas għandha tikkjarafika," insista hu.
Nicole Borg
16:10 "L-Electrogas għandha toħroġ il-pożizzjoni tagħha fuq din il-problema," irrepeta Gasan.
Nicole Borg
16:10 "Minn meta ħarġet din il-problema, minn dejjem imbuttajt lill-Electrogas biex tindirizaha. Iridu jispjegaw il-pożizjjoni tagħhom. Hija xi ħaġa vera frustranti," qal Gasan.
Nicole Borg
16:07 "F'email mibgħut f'Lulju tal-2017, fejn inti mhux ikkupjat, waħda mill-problemi li ssemmiet hija t-taxxa tas-sisa," qalet Dr Comodini Cachia. Hi qed taqra email mis-CFO tal-Electrogas.
Nicole Borg
16:06 "Il-konverżazzjoni fuq l-email segwiet konverżazzjoni li kelli mas-CFO tal-Electrogas. Hu qal li t-taxxa tas-sisa għandha titħallas mill-Enemalta u kienu qed jgħidu l-kontra. Jien bgħatt email biex insolvi l-problema," qal Gasan.
Nicole Borg
16:05 Dr Comodini Cachia qalet li l-email turi biċ-ċar li kien qed jinnegozja l-kont tat-taxxa.
Nicole Borg
16:05 "Qed nara t-tweġibiet, imma din hija xi ħaġa li għamlet il-PwC," qal Gasan.
Nicole Borg
16:02 Dr Comodini Cachia infurmat lix-xhud li l-emails li għandu f'idejh huma komunikazzjoni bejn Gasan u persuna oħra.
Nicole Borg
16:01 Hu qal li kien ftehim bejn tlieta dwar xi ftehim dwar taxxa doppja.
Nicole Borg
15:59 F'waħda minn dawn l-emails inti ktibt li kellek problema bit-taxxa, Dr Comodini Cachia kompliet tirreferi għall-email tal-14 ta' Diċembru tal-2016. Hi wriet l-email lil Gasan.
Nicole Borg
15:58 Gasan irrimarka li kienet xi ħaġa normali li jkunu tard fil-ħlasijiet, wara li Dr Comodini Cachia qrat email li kien direttament indirizzat lilu.

"Dawn huma affarijiet noramli," irrepeta hu.
Nicole Borg
15:57 Kont ixxukkjat, qal Gasan.
Nicole Borg
15:56 Gasan kien infurmat bil-ksur fis-sistema nhar is-27 ta' Diċembru tal-2017. L-email intbagħtet lil Catherin Halpin.
Nicole Borg
15:55 Wara li qara l-email, Gasan qal li din ma kinitx negozjazzjoni u ma kinitx qed turi xi tip ta' tort.
Nicole Borg
15:54 Dr Comodini Cachia staqsiet jekk kienx hemm aktar diffikultajiet finanzjarji. L-avukat għandu emails minn Novembru tal-2016 sa Frar tal-2017 fejn kien hemm ikkupjat ukoll Gasan.
Nicole Borg
15:52 "Il-mod kif kienet spjegata lilna kien li Yorgen Fenech kellu jaħdem fuq dan il-proġett full time," qal Gasan.
Nicole Borg
15:52 Ix-xhud staqsa dwar il-kumpanija li hija propjetà sħiħa ta' Fenech u x'wassal lill-imsieħba biex jaqblu dwar shareholding parallela ma' Fenech.
Nicole Borg
15:51 Gasan ikkonferm li ma riedx jilħaq direttur tal-Electrogas minħabba l-allegazzjonijiet.
Nicole Borg
15:49 Gasan qal li t-tliet diretturi ġodda ssieħbu ma' GEM Holdings. Dawn jinkludu lil missier Gasan u lil Ray Fenech. Dawn tawhom l-opportunità li jgħaqqdu quorum.
Nicole Borg
15:49 Dr Comodini Cachia staqsiet għaliex damu sitt xhur.
Nicole Borg
15:47 GEM Holdings damu sitt xhur biex isibu lil xi ħaddieħor biex jieħu post Fenech.
Nicole Borg
15:46 Ix-xhud qal li waqt li GEM Holdings aċċettat ir-riżenja ta' Fenech, huma kellhom isibu lil xi ħadd biex jieħu postu.
Nicole Borg
15:45 Gasan qal li ladarba kien ikkupjat fl-email wieġeb jgħid li hu ma riedx jieħu post Yorgen Fenech.
Nicole Borg
15:44 Gasan qal li l-email li kellu linja waħda biss, kien possibilment riżultat tal-laqgħa bejn Apap Bologna, il-Grupp Gasan u Ray Fenech.
Nicole Borg
15:43 L-Imħallef Lofaro: Ammetta xi żbalji?

Gasan: Le.
Nicole Borg
15:43 Gasan qal li skont ma jiftakar, fl-email tiegħu Fenech informa lill-bord li kien se "jimxi 'l quddiem".
Nicole Borg
15:41 F'Mejju tal-2019, wara diskussjoni bejn Gasan u Ray Fenech, Ray Fenech kellu jitkellem ma' Yorgen Fenech.

Gasan qal li immedjatament wara l-laqgħa, Fenech bagħat email lill-bord tad-diretturi tal-Electrogas.
Nicole Borg
15:41 Il-bord qal li jekk kien hu li rċeviha mela iva.
Nicole Borg
15:40 Gasn staqsa lill-bord jekk kellux ikun hu li jippreżenta l-email ta' Fenech.
Nicole Borg
15:38 F'Novembru tal-2018 ħarġet l-aħbar li 17 Black kienet ta' Yorgen Fenech. Fenech ħareġ email lill-imsieħba kollha tal-Electrogas jgħid li dak li qed tgħid il-midja ma kienx minnu.
Nicole Borg
15:36 Gasan kien "f'kuntatt kontinwu maz-ziju tiegħu" wara li Yorgen kien qed ikun dejjem imsiefer.
Nicole Borg
15:35 "Ħassejna li xi ħadd minn GEM kellu jattendi għal-laqgħat tal-Electrogas," kompla jgħid. Irrepeta mill-ġdid li Paul Apap Bologna kien ikun preżenti għal-laqgħat tal-bord tal-Electrogas.
Nicole Borg
15:33 Dr Comodini Cachia: Din kienet ta' darba fil jew b'mod frekwenti?

Gasan: Wara 17 Black, jien u Paul konnha qed nalternaw li mmorru l-laqgħat tal-bord tal-Electrogas.
Nicole Borg
15:33 Gasan insista li kemm hu u kemm Apap Bologna kienu jattendu l-laqgħat tal-bord meta ma kinux diretturi. Huma kienu jieħdu post Fenech meta hu ma kienx ikun preżenti.
Nicole Borg
15:32 Jew jien jew Paul konnha nieħdu post id-direttur ta' GEM Holdings fil-laqgħat tal-bord tal-Electrogas, spjega Gasan lill-bord.
Nicole Borg
15:31 Lilna qalilna li ma attendiex, qalet Dr Comodini Cachia.
Nicole Borg
15:31 Gasan ikkonferma li Paul Apap Bologna attenda l-laqgħat tal-Electrogas fil-preżenza tiegħu.
Nicole Borg
15:30 Gasan qal li hu beda jinvolvi lilu nniffsu aktar, u spjega li involvew lilhom innifishom aktar ukoll fl-ispejjeż. Hu kkonferma li kien qed jattendi laqgħat tal-bord tal-Electrogas biex josserva.
Nicole Borg
15:29 Sal-2015 l-intenzjoni kienet li jibqgħu investituri passivi. Meta saret aktar ċara li kien hemm xi problemi, il-Grupp Gasan iddeċieda li jinvolvi ruħu aktar fil-proġett biex jifhem aħjar.
Nicole Borg
15:29 Gasan intalab għal aktar informazzjoni dwar l-irwol passiv.
Nicole Borg
15:27 Gasan qal li l-problema prinċipali bil-proġett kienet li l-ispiża kienet ikbar milli mistennija. Qal li l-iffinanzjar ta' din il-parti tal-proġett kienet problema.
Nicole Borg
15:25 Dr Comodini Cachia staqsiet jekk daħlux f'security supply agreement u purchase agreement fil-każ tal-pipeline tal-gass biex jissalvagwardjaw lilhom innifishom.
Nicole Borg
15:24 Referut għad-dikjarazzjoni ta' Apap Bologna li l-Electrogas kienet qed tistenna profitti sal-2023, Gasan qal li kienu qed jistennew profitti lejn tmiem dan id-deċennju.
Nicole Borg
15:22 "L-aħħar mudell finanzjarju li rajt kien juri li l-ewwel profitt kellu jsir…" qal Gasan minn taħt l-ilsien.
Nicole Borg
15:22 L-estimi dwar il-ftehim kienu ħsiena, qal Gasan, partikolarment fejn jidħlu l-ispejjeż.
Nicole Borg
15:21 Gasan spjega li kien hemm spejjeż sostanzjalment aktar għolja meta kkumparati mal-estimi.
Nicole Borg
15:20 Gasan qal li l-Eelctrogas issottomettiet l-offerta u ngħatat il-ftehim.
Nicole Borg
15:20 Prim Imħallef Emeritu: Inkun korrett li nifhem li ħsibtu li l-kumpanija kienet investiment fit-tul sikur?

Gasan: Għall-bidu iva.
Nicole Borg
15:18 Id-dħul mistenni fl-istadju ta' espressjoni ta' interess kien jidher tajjeb, qal Gasan b'rabta ma' mistoqsija dwar id-dħul mistenni li għamlitlu Dr Comodini Cachia.
Nicole Borg
15:18 Il-PwC bdiet tippreżenta figuri waqt il-perjodu ta' espressjoni ta' interess.
Nicole Borg
15:16 "Minn dak li naf, Gasol kienet issapportjata finanzjarjament minn SOCAR," qal Gasan.
Nicole Borg
15:15 Gasan qal li jemmen li Gasol ħareġ mill-konsorzju lejn nofs l-2015. Fl-aħħar minuta, ġejna mgħarrfa li Gasol mhux se jibqa' parti mill-proġett, kompla Gasan.
Nicole Borg
15:15 Gasol tidher fil-power point. Qal li jemmen li Paul Apap Bologna kellu kuntatt minn Gasol.
Nicole Borg
15:13 Hi staqsiet dwar similaritajiet bejn il-powerstation u l-preżentazzjoni.
Nicole Borg
15:12 Gasan spjega li ra l-preżentazzjoni wara x-xhieda ta' Borg Olivier u meta sema' dwarha talab għal kopja.
Nicole Borg
15:11 Dr Comodini Cachia tibda bil-mistoqsijiet tagħha.
Nicole Borg
15:10 Gasan ikkonferma li kien mistieden għal party li ġie jiswa €28,000 f'Level 22 f'Portomaso fejn iċċelebraw l-għeluq finanzjarju u l-estenzjoni tal-garanzija bankarja.
Nicole Borg
15:10 Gasan qal li l-grupp huwa kommess li ma jagħmilx profitt mill-ftehim.
Nicole Borg
15:08 Gasan qal li ħassew li kellhom joħorġu u jgħidu dan pubblikament meta kien hemm irbit bejn il-proġett tal-power station u l-assassinju.
Nicole Borg
15:08 Gasan qal li l-Grupp Gasan kien ilu jipprova joħroġ mill-konsorzju tal-Electrogas għal xi żmien.

"Probabbilment minn meta ħarġet l-aħbar dwar 17 Black," kompla jgħid.
Nicole Borg
15:07 "Mill-bidu nett għamilniha ċara li aħna investitur passiv," qal Gasan. Hu kien qed jispjega r-raġuni għaliex irrifjuta l-irwol ta' direttur.
Nicole Borg
15:06 Gasan qal li Ray Fenech kien infurmahom li Yorgen Fenech kien irreżenja mill-irwoli kollha tiegħu bħala direttur.
Nicole Borg
15:05 F'Novembru tal-2019, saret laqgħa tal-bord ta' GEM fejn kien hemm preżenti Ray Fenech, iżda Yorgen Fenech ma kienx hemm.
Nicole Borg
15:05 Gasan irrifjuta u Apap Bologna kien appuntat minfloku.
Nicole Borg
15:03 F'Mejju tal-2019, Yorgen Fenech ra l-minuti ta' laqgħa bejn Ray Fenech u Gasan; u bagħat email lill-Electrogas jinfurmahom li se jkun qed jirreżenja u japponta lil Gasan minfloku.
Nicole Borg
15:03 Gasan qal li Fenech ried jirreżenja f'Mejju tal-2019.
Nicole Borg
15:02 Il-Grupp Siemens ipprova jneħħi lil Fenech mill-Eelctrogas, qal il-bord.
Nicole Borg
15:01 "Ma nistax nara x'azzjoni stajt nieħu," kompla jgħid.

Gasan insista li f'dak il-punt, kienu biss allegazzjonijiet u ma kienx hemm azzjonijiet legali li setgħu jieħdu.
Nicole Borg
15:00 L-Imħallef Lofaro staqsiet lil Gasan dwar x'azzjoni possibbli setgħu ħadu kontra Fenech u jekk qatt ikkunsidrawx li jinvolvu lill-avukati tagħhom.

Gasan wieġeb: "biex nagħmlu xiex?"
Nicole Borg
14:59 F'Mejju, kellhom laqgħa ma' Ray Fenech, minħabba li Yorgen Fenech kien tpoġġa bħala direttur ta' GEM Holdings minn Tumas Group.
Nicole Borg
14:58 L-Imħallef Lofaro staqsiet dwar x'azzjoni setgħu ħadu hekk kif għaddew kważi 12-il xahar.
Nicole Borg
14:58 Ix-xhud qal li dak iż-żmien ma kienx jaf bil-konnessjoni bejn 17 Black u l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Nicole Borg
14:57 Gasan spjega li huma involvew lil Ray Fenech (iz-ziju ta' Yorgen)

Hu qal li Ray Fenech kien imħasseb ħafna wkoll.
Nicole Borg
14:57 "Bdejna nippruvaw norganizzaw laqgħat biex niddiskutu l-problema," qal Gasan u spjega li kienet xi ħaġa impossibbli li wieħed jorganizza laqgħa tad-diretturi ta' GEM Holdings jekk wieħed minnhom ikun assenti.
Nicole Borg
14:55 Fl-2019, Yorgen Fenech bilkemm kien preżenti għax kien qed isiefer ħafna, ftakar Gasan. Qal li hu kien pprova jorganizza laqgħa tal-bord ta' GEM Holdings.

Il-laqgħat kienu jirrikjedu t-tliet diretturi biex ikunu preżenti.
Nicole Borg
14:55 Qal li l-Grupp Gasan kien imħasseb ħafna.
Nicole Borg
14:55 Hemm evidenza li turi li 17 Black hija tiegħu, ikkonferma Gasan.
Nicole Borg
14:53 L-Imħallef Mallia: Meta sirt taf li Yorgen Fenech kien qed jigdeb?

Gasan: Mistoqsija diffiċli. Publikament il-kumpanija tidher li tiegħu. Hu ma ċaħadx dan.
Nicole Borg
14:53 Il-Prim Imħallef Emeritu staqsa għaliex Fenech talab għal pariri legali f'Londra. Qal li ma jistax jgħid dan għax ikun biss qed jirrepeti x'qalulu.
Nicole Borg
14:51 Fenech kien dar l-allegazzjonijiet kollha u qal li mhux veritieri mal-bord. Gasan sostna li Fenech qalilhom li kien qed jitkellem ma' ġurnalisti f'Londra biex jiftaħ kawża kontra lġurnalist. Minn dan ma sar xejn.
Nicole Borg
14:50 Qal li wara analiżi ħareġ li ma kienx hemm tranżazzjonijiet bejn 17 Black u GEM Holdings jew l-Electrogas.
Nicole Borg
14:50 Fenech ma ċaħadx.
Nicole Borg
14:48 Ġimgħatejn wara, Gasan ċempel mill-ġdid lil Fenech u dan insista li hu ma kienx is-sid ta' 17 Black.
Nicole Borg
14:47 Ix-xhud qal li hu ma staqsiex lil Fenech jekk 17 Black kinitx tiegħu jew le. Hu stenna li Fenech kien se jirribatti l-akkużi.

"Kont ixxukkjat," kompla jgħid.

Ġimgħatejn wara ħarġet l-istorja.
Nicole Borg
14:46 Gasan qal li rċieva mistoqsijiet dwar 17 Black minn ġurnalist. Qal li wara li wieġeb lill-ġurnalist, kien ċempel lil Yorgen Fenech u qallu: "Solviha. Qed nassumi li mhux vera."
Nicole Borg
14:45 L-Imħallef Lofaro kompliet tistaqsi lix-xhud dwar l-involviment ta' Nexia BT fil-Panama Papers u jekk il-konsorzju kienx iddiskuta dan waqt laqgħa tal-bord.

Hu wieġeb jgħid li "le".
Nicole Borg
14:44 "Il-Panama Papers kienu xokkanti. Ma kienx hemm konnessjonijiet mal-Eelctrogas," kompla jgħid.
Nicole Borg
14:43 Hu qal li fittxew kwotazzjonijiet u li Nexia BT kienet sostanzjalment irħas.
Nicole Borg
14:42 Nexia BT kienet l-awditur ta' GEM holding.
Nicole Borg
14:42 Gasan qal li ltaqa' ma' Brian Tonna minn Nexia BT soċjalment u ma kellu l-ebda negozju miegħu.
Nicole Borg
14:41 Qal li l-Electrogas ħallset lill-gvern €11-il mljuni għall-garanzija, u żied jgħid li huwa skorrett li wieħed jgħid li l-garanzija bankarja gawdiet minnha l-Electrogas.

"Ma nistax nifhem kif ibbenefikat lill-Electrogas, meta kellna nħallsu għaliha," kompla jgħid.
Nicole Borg
14:38 Mitlub jitkellem dwar it-tħassib tiegħu minħabba r-rapport tal-NAO Gasan qal:

"Fl-opinjoni tiegħi, l-NAO ikkritika l-gvern, u fl-opinjoni tiegħi xi drabi bir-raġun. Il-problema kienet waħda ta' għajnuna tal-gvern. Il-garanzija tal-gvern qatt ma' messha saret. Messu kien ikkjarifikat kollox minn qabel. Il-garanzija tal-gvern kienet tibbenefika minnha l-Electrogas."
Nicole Borg
14:37 Gasan qal li l-Grupp Gasan m'għandu l-ebda rbit kummerċjali mal-Grupp Kasco.
Nicole Borg
14:36 Gasan qal li ltaqa' ma' Konrad Mizzi fil-ftuħ uffiċjali tal-power station fl-2017. Qal li ma jafx jekk missieru kienx iltaqa' ma' Mizzi jew Schembri.

Qal li ma kellux ikliet ma' Muscat.
Nicole Borg
14:36 Gasan qal li hu ltaqa' ma' Keith Schembri ħafna wara l-elezzjoni.
Nicole Borg
14:35 "Hu kien ħbieb ma' Konrad Mizzi u Keith Schembri," qal Gasan dwar Yorgen Fenech fl-2014.

Gasan insista li hu sar konxju dwar il-konnessjoni bejn Fenech u l-Partit Laburista wara l-elezzjoni ġenerali.
Nicole Borg
14:34 "Milli nista' nifhem kien hemm agreements tal-Electrogas li kienu għadhom ma ngħalqux wara l-elezzjoni tal-2013 u wara li l-kuntratt kien magħluq," qal Gasan.
Nicole Borg
14:33 Is-selliefa kienu qed jitolbu għal estenzjoni, kompla jgħid.
Nicole Borg
14:32 Il-garanzija tal-gvern kienet se tiskadi f'Awwissu tal-2017, skont Gasan. Qal li kien hemm xi għażliet – li jestendu l-garanzija tal-gvern sakemm il-ftehim finali jkun konkluż.

"Kien hemm żewġ ftehimiet li kienu għadhom mhux lesti," qal Gasan.
Nicole Borg
14:31 "Fl-2017, il-kostruzzjoni tal-power plant kienet waslet fi tmiemha," kompla jispjega.
Nicole Borg
14:30 L-Imħallef Mallia staqsa lix-xhud dwar ir-reazzjoni tiegħu meta l-konsorzju kien infurmat li l-Electrogas kienet falluta mill-BOV.
Nicole Borg
14:29 Hu qal li ma kiex involut fid-diskussjonijiet.

"F'dak il-punt kien hemm il-kumpanija Electrogas u t-tliet diretturi tagħha ħadu ħsieb kollox," kompl jgħid.
Nicole Borg
14:29 Gasan qal li l-garanziji bankarji ġew aktar tard u kellhom x'jaqsmu mal-istate aid.
Nicole Borg
14:29 Il-Prim Imħallef Said Pullicino staqsa dwar il-garanziji bankarji.
Nicole Borg
14:28 Il-Grupp Gasan kien investitur passiv, irrepeta x-xhud.
Nicole Borg
14:26 Gasan qal li għalihom dan kien investiment, filwaqt li l-manifattur kellu jkun shareholder. Hu qed iwieġeb għal mistoqsija tal-Imħallef Lofaro dwar in-nuqqas ta' esperjenza.
Nicole Borg
14:25 "Bażikament Fenech kien interessat fil-proġett. Goerge Fenech kien eċitat ħafna," qal Gasan.
Nicole Borg
14:25 11 mit-18-il applikant intgħażlu għat-tieni fażi, qal Gasan.
Nicole Borg
14:24 Gasan qal li ma jafx għaliex damu daqshekk.
Nicole Borg
14:23 Siemens daħlet fil-konsorzju fl-aħħar minuta, qal Gasan.

"Kien hemm potenzjal li l-konsorzju ma jissottomettix espressjoni ta' interess. Li kieku Siemens ma daħlux għaliha," qal Gasan.
Nicole Borg
14:22 Gasol kellha ħidma għaddejja ma' SOCAR.
Nicole Borg
14:22 L-espressjoni ta' interess kienet dokument qasir, qal Gasan.
Nicole Borg
14:21 L-espressjoni ta' interess kienet skedata lejn il-bidu ta' April tal-2013 u ngħalqet sitt ġimgħat wara, ftakar Gasan.
Nicole Borg
14:20 F'dak il-punt, il-ftehim ta' 18-il sena deher interessanti, kompla jgħid.
Nicole Borg
14:20 L-Imħallef Lofaro staqsiet dwar il-feasibility study.
Nicole Borg
14:20 Il-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino kompla jippressah. Madanakollu, Gasan insista li l-grupp kien mexa bl-involviment tiegħu f'Marzu tal-2013.
Nicole Borg
14:19 "Ridna ninvestu," insista Gasan.
Nicole Borg
14:19 Il-Grupp Gasan kien qed iħares għal investiment fit-tul, kompla jgħid.
Nicole Borg
14:17 Spjega li fl-istess żmien is-sehem azzjonarju tagħhom kien ta' €5 miljuni.
Nicole Borg
14:17 Gasan qal li hu kien iħares lejn il-proġett bħala investiment passiv.
Nicole Borg
14:16 Huma ddiskutew li jdaħħlu magħhom lill-PwC.

"Sa fejn naf jien Fenech kien diġà ffirma l-ittra tal-ingaġġ ma' PwC bies jassessja l-vijjabilità tal-proġett," qal Gasan.
Nicole Borg
14:15 Ix-xhud qal li ddiskutew il-loġistika ma' Fenech.
Nicole Borg
14:15 Gasan spjega kif wara diskussjonijiet interni, fittxew aktar kjarifiki mingħand George Fenech.
Nicole Borg
14:14 Gasan jintwera preżentazzjoni minn Apap Bologna, u x-xhud qal li hu ra din il-preżentazzjoni riċentament u li possibilment kienet intweriet lil missieru dak iż-żmien.
Nicole Borg
14:13 "Kelli diskussjonijiet ma' missieri dwar dan. Kellna żvilupp ta' propjetà mal-Grupp Tumas f'Marsascala. Il-proġett kien ta' suċċess. Kien hemm involuti Ray Fenech, George Fenech, missieri u jien," qal Gasan.
Nicole Borg
14:12 Il-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino staqsa jekk kienx konxju li Fenech u Apap Bologna kienu marru għand il-Partit Laburista u x'kienet ir-reazzjoni tagħhom.

"Ma naf xejn dwar dan," qal Gasan.
Nicole Borg
14:11 Gasan qal li hu ma kienx konxju ta' diskussjonijiet mal-Partit Laburista dak iż-żmien meta kien għadu fl-Oppożizzjoni. Hu kien qed iwieġeb mistoqsija tal-Prim Imħallef Emeritu.
Nicole Borg
14:11 Huma kellmuna biex jaraw aħniex interessati, qal Gasan.

"Dan kien dejjem jiddependi jekk il-PL jitla' fil-poter," qal hu.
Nicole Borg
14:10 Dan kien madwar Frar tal-2013.
Nicole Borg
14:09 Il-Bord staqsieh dwar meta kienu tkellmu mal-PN, u Gasan ql li Apap Bologna kien tkellem ma' missieru u kienet biss idea.
Nicole Borg
14:08 Qal li George Fenech kien kellmu dwar din l-idea u żied jgħid li l-Partit Laburista kellu din l-idea għall-ġenerazzjoni tal-elettriku permezz ta' powerstation tal-gass.
Nicole Borg
14:08 Gasan spjega li fl-2013 kien kellmu George Fenech (missier Yorgen). Kienu ltaqgħu dwar xi ħaġa separata.
Nicole Borg
14:07 Paul Apap Bologna huwa kuġin tar-rispett ta' Gasan.
Nicole Borg
14:07 Qal li ma kellu l-ebda esperjenza fil-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-Electrogas kienet l-ewwel esperjenza tiegħu.
Nicole Borg
14:06 Hu studja fir-Renju Unit u rritorna Malta fl-2003. Beda fil-propjetajiet imbagħad ħadem f'tipi ta' negozji oħrajn.
Nicole Borg
14:05 L-Imħallef Mallia jitlob lix-xhud biex jagħti rendikont qasir dwar il-karriera professjonali tiegħu.
Nicole Borg
14:03 Mark Gasan jitla' jixhed. Hu jitlob li jagħti x-xhieda tiegħu bl-Ingliż.
Nicole Borg
14:03 Is-smigħ tal-lum se jibda issa.
Nicole Borg
13:55 Waranofsinhar it-tajjeb u merħba għal dan il-blogg LIVE ta' Newsbook.com.mt.
Nicole Borg

Intant, Paul Apap Bologna, li xehed nhar il-Ġimgħa, se jintalab ikompli x-xhieda tiegħu ġurnata oħra.

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • Il-Bord tal-Inkjesta kien xettiku fuq it-tweġiba ta’ Paul Apap Bologna li ltaqa’ ma’ Konrad Mizzi wara li l-Electrogas ħadet il-kuntratt għall-powerstation: “Kif seħħ daqshekk malajr il-proġett wara li tela’ l-Partit Laburista fil-Gvern?”
  • Paul Apap Bologna insista li qatt ma ddiskuta l-proġett mal-Partit Laburista.
  • Ix-xhud qal li Yorgen Fenech kien fit-tmun tal-proġett tal-Electrogas, peress li kien imdorri jmexxi proġetti kbar.
  • Id-diskussjonijiet fuq il-proġett tal-Electrogas ġew konklużi f’6 ġimgħat.
  • Ix-xhud jgħid li fl-2007 u fl-2008, hu u l-familja Gasan biss kienu interessati fil-proġett. Lil Yorgen Fenech bilkemm kien jafu.
  • Paul Apap Bologna qal li sar jaf bil-kuntatt li kellu Yorgen Fenech ma’ Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi meta ħadu l-kuntratt għall-powerstation.
  • Qal li saru jafu bl-email leaks mis-server tal-Electrogas fis-27 ta’ Diċembru tal-2017. Sal-lum għadhom ma jafux min kien li żvela dawn l-emails. Il-Bord ma emminx lix-xhud peress li Daphne Caruana Galizia, li nqatlet f’Ottubru tal-2017, ġieli qalet fil-blogg tagħha li kellha aċċess għal xi emails li ġew leaked.
  • Il-bord tal-Electrogas kien staqsa lil Yorgen Fenech huwiex is-sid ta’ 17 Black, imma ma tahomx tweġiba, skont Apap Bologna.
  • “Lil Fenech ma staqsejtux għaliex irreżenja minn Direttur tal-Electrogas.”
  • Il-Bord tal-Electrogas iddeċieda li jżomm lil Nexia BT għall-awditjar ta’ GEM Holdings wara l-allegazzjonijiet għax il-kumpanija kienet qed tagħmel biċċa xogħol tajba.
  • Joħroġ li Apap Bologna ma kienx jaf li l-Electrogas qed tfalli (in default); sar jaf mill-mistoqsija ta’ Dr Comodini Cachia.
  • “Gasan ma infurmaniex bl-intenzjoni li joħorġu mill-konsorzju qabel ħareġ l-istqarrija.”
  • Skont il-mudell finanzjarju meta kien għadu direttur Yorgen Fenech, l-Electrogas kellha tagħmel profitt fl-2023.
  • Apap Bologna qal li ma kienx jaf u ma attendiex il-laqgħat bejn Yorgen Fenech, Joseph Muscat u Joe Gasan f’Level 22 qabel Jannar tal-2013. Gasan Group ħareġ stqarrija aktar tard li tiċħad dawn il-laqgħat.
  • Ix-xhud ċaħad li hu ta donazzjoni ta’ miljun ewro lill-Partit Laburista.

F’Settembru, il-familja Gasan ħarġet dikjarazzjoni li tgħid li kienet qed tfittex li toħroġ mill-konsorzju tal-Electrogas. Qalet li ma riditx li jkollha x’taqsam mal-kontroversji li hemm madwar il-proġett tal-powerstation.

Gasan Enterprises għandha 11.72% tal-ishma mill-proġett tal-powerstation li kien imdewwed bl-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u saħansitra qed isiru konnessjonijiet mal-assassinju ta’ ġurnalista. GEM Holdings, li hija magħmula mill-familja Gasan flimkien mal-familja Fenech tal-Grupp Tumas u l-familja Apap Bologna, flimkien kellhom f’idejhom 33% tal-proġett.

Siemens u l-kumpanija Ażerbajġana SOCAR għandhom 33% tal-ishma kull wieħed.

Is-sena li għaddiet, Yorgen Fenech kien arrestat u ġie akkużat b’kompliċità fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.