Filmat: “Nappella lil min għandu responsabbiltà akbar biex jagħmel bħali”; Sammut jirreżenja minn President tal-Eżekuttiv

Mark Anthony Sammut irreżenja mill-kariga tiegħu bħala President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista s-Sibt filgħodu. Huwa qal li jappella lil min għandu responsabbiltajiet akbar minn tiegħu biex jimxi fuq l-eżempju tiegħu u jagħmel bħalu.

Filmat: “Il-pożizzjoni tiegħi għadha tenibbli” – Delia

Sammut qal li ħa din id-deċiżjoni bħala sinjal li qed jerfa’ r-responsabbiltà għat-telfiet li ġarrab il-PN fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali, li hu sejħilhom “l-agħar riżultat politiku mill-gwerra ‘l hawn,” kif ukoll biex juri d-diżgust tiegħu lejn ir-reazzjoni tal-uffiċjali ewlenin tal-Partit Nazzjonalista għar-riżultat.

Huwa żied jgħid li fil-Partit hemm klima fejn ħadd ma jista’ jitkellem, u ħadd ma jista’ jikkritika għax jiġi msejjaħ traditur.

Illum il-PN jiddeċiedi min jieħu post Stellini; “Għandu jkun Għawdxi” – Said

Illum il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ sabiex jiddeċiedi min għandu jieħu s-siġġu ta’ David Stellini fil-Parlament. Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Chris Said kiteb pubblikament li jemmen li s-siġġu għandu jimtela minn Għawdxi, u għadda l-messaġġ lil dawk fil-Kumitat li Kevin Cutajar jixraqlu jieħu s-siġġu.