“Marju l-Bieżel” huwa r-raġel li miet f’Ħal Kirkop illum

Read in English.

Ir-raġel li miet f’Ħal Kirkop kmieni dalgħodu huwa Mario Vella, magħruf bħala Marju l-Bieżel.

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ħabbar dan fuq Facebook fejn qal li l-ħaddiema tal-kunsill jinsabu maħsuda u mnikkta bl-aħbar tal-mewt. Spjega li sa ftit iktar minn xahar ilu, Vella kien jifforma parti mill-grupp tal-ħaddiema tal-id tal-kunsill.

Is-Sindku flimkien mal-kunsilliera u l-ħaddiema għaddew il-kondoljanzi tagħhom lill-familja tiegħu.

Il-ħaddiema tal-Kunsill Lokali ta' Ħaż Żebbuġ jinsabu maħsuda u mnikkta bl-aħbar tal-mewt taġika ta' Mario Vella jew kif…

Posted by Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ on Tuesday, September 29, 2020

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fil-4.30am fi Triq l-Industrija f’Ħal Kirkop. Ir-raġel ta’ 57 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ, kien qed jagħmel xogħol ta’ tindif tal-mina, meta għal xi raġuni, waqt li kien fuq il-trakk inaddaf is-saqaf, ir-raġel spiċċa maqbud bejn is-saqaf tal-konkos tal-mina u l-istess high-up.

Intant is-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ u tabib tal-familja Dr Malcolm Paul Galea qal fuq Facebook li ma setgħax jemmen li miet Vella. Qal li Vella kien ilu jaħdem mal-kunsill għal diversi snin.

Ma stajtx nemmen dalgħodu li ħalliena Mario Vella jew kif konna nafuh aħna bħala Marju l-Bieżel kawża ta' inċident…

Posted by Tabib Malcolm Paul Galea on Tuesday, September 29, 2020