Mario de Marco operat b’suċċess f’Londra

Il-Viċi Kap Nazzjonalista, Mario de Marco, jinsab fl-Ingilterra fejn saritlu operazzjoni b’suċċess biex jitneħħielu tumur beninn fin-nervi tal-wiċċ.
L-intervent sar fin-National Hospital for Neurology and Neurosurgery ta’ Londra.
Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija, qal li l-operazzjoni saret ilbieraħ u li Mario de Marco mistenni jkompli bix-xogħol tiegħu professjonali u politiku fi ftit ġimgħat oħra. 
Il-Partit Laburista wassal l-awgurju tiegħu lil Mario de Marco u lill-familja tiegħu u awguralu fejqan ta’ malajr. 
L-istess għamlu l-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, u l-Membri Parlamentari kollha.