Niltaqgħu ma’ Marija Portelli, il-mużajkista Għawdxija

Waqt il-programm Għidli Dwarek li jixxandar kull nhar ta' Ħadd fit-8:30am fuq RTK 103FM, il-preżentatur Dun Keith Bonnici ltaqa’ ma’ Marija Portelli, il-mużajkista Għawdxija. 
Marija, minn Nadur Għawdex, trabbiet minn ommha għax missierha kien jaħdem fuq il-baħar. Iżżewġet lil Peter Paul, ukoll minn Nadur, u rabbiet familja ta’ ħamest itfal – li tlieta minnhom illum huma inġiniera. T’erbgħin sena marret l-Universita’ biex iġġib diploma fil-Public Administration  għax kienet, u għadha, taħdem mal-Gvern fiċ-Ċivil.
Mat-tmien snin ilu marret l-Italja biex tistudja kif taħdem il-mużajk u llum għandha diversi xogħolijiet ma’ Malta w Għawdex inkluż il-bebbuxu l-kbir kif tasal Għawdex bil-karozza fil-port tal-Imġarr.
Hawnhekk Marija tirrakonta kif l-interess tagħha fil-quilting daħħalha biex tinteress ruħha li taħdem il-mużajk u kif l-ambjent vibranti Mediterranju Għawdxi li tgħix fih jispiraha biex tuża kuluri qawwijin u sbieħ.  Illum Marija tieħu gost tgħallem nies oħra kif jaħdmu l-mużajk fi proġetti kommunitarji.

Ritratti: ftit mill-proġetti ta' Marija Portelli