Coleiro Preca tilħaq President tal-Bord tal-Fondazzjoni Nazareth

Facebook

Il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca laħqet President tal-Bord Diretturi tal-Fondazzjoni Nazareth.

Dan wara li nhar il-Ħamis li għaddiet, il-Presidenza tar-Repubblika ta’ Malta għaddiet għand it-Tabib George Vella, wara 5 snin f’idejn Marie-Louise Coleiro Preca.

Il-Bord tal-Fondazzjoni ħabbar dan fi stqarrija, li fiha qal li jħares ‘il quddiem għal aktar ħidma biex jingħataw kura, ħarsien u dinjità lill-persuni li joqogħdu fit-tlett idjar amministrati mill-Fondazzjoni.

Il-Fondazzjoni Nazareth taħdem biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-persuni b’diżabbiltà.

Imut pilastru fil-volontarjat f’Malta

F’Ottubru li għadda, il-Fondazzjoni Nazareth tilfet il-President tagħha, Anġlu Zahra, li kien pilastru tal-volontarjat f’Malta.