Filmat: Marie Louise Coleiro Preca tgħid li lilha ħadd ma kellimha

Kmieni dalgħodu, bi tweġiba għal mistoqsija ta’ Newsbook.com.mt jekk tiċhadx l-aħbar li aċċettat in-nomina għall-Presidenza, Marie Louise Coleiro Preca qalet li ‘lilha ħadd ma kellimha’.
Hija qalet ukoll li l-ġurnalisti għandhom jistennew lill-Prim Ministru biex iħabbar min se jkun il-President ġdid ta’ Malta.
Quddiem id-dar tagħha f’Ħal Balzan qabel ma telqet lejn l-ajruport, il-Ministru Coleiro Preca  kienet qed twieġeb għal mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt dwar l-informazzjoni li hi mistennija taċċetta n-nomina biex tinħatar President.
Il-Ministru Coleiro Preca dalgħodu siefret lejn l-Albanija fuq xogħol u mistennija lura nhar it-Tlieta. 

Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt b'ismek u kunjomok: