Marie Louise Coleiro Preca mistennija taċċetta n-nomina għal President

Il-Ministru Marie Louise Coleiro Preca mistennija taċċetta n-nomina biex tinħatar bħala l-President il-ġdid ta’ Malta.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali mistennija tikkonferma li aċċettat in-nomina tal-Prim Ministru Joseph Muscat biex tkun id-disa’ President ta’ Malta.
Nhar it-Tlieta li għadda mal-ġurnalisti, hi qalet li hi prerogattiva tal-Prim Ministru lil min jagħżel biex ikun il-President ta' Malta
Nhar l-Erbgħa Newsbook.com.mt mar isaqsi lil Qriema x’jippreferu: Marie Louise Coleiro Preca bħala Ministru jew inkella President.

Aġġornata 20:05
L-istazzjon nazzjonali fl-aħbarijiet tat-8pm ikkonferma l-aħbar ta' Newsbook.com.mt u qal li l-Ministru aċċettat in-nomina.