Maria Micallef – l-ewwel mara li se tmexxi l-Air Malta

Il-Gvern ħatar lil Maria Micallef bħala ċ-Ċerpersin il-ġdida tal-linja tal-Air Malta. B’hekk Micallef se tkun l-ewwel mara li okkupat din il-kariga fl-istorja tal-linja nazzjonali.
Maria Micallef ilha sena membru fil-bord tal-linja nazzjonali u issa se tieħu post iċ-Ċermen Raymond Fenech li ilu jokkupa din il-kariga minn April 2013. Fenech irriżenja minħabba raġunijiet personali.
F’dawn l-aħħar 15-il sena, Micallef kellha pożizzjonijiet għolja fil-Grupp Mizzi, fost l-oħrajn bħala Maniġer Ġenerali tal-General Soft Drinks Co Ltd. Kienet ukoll l-ewwel mara fuq il-Kunsill Tekniku Ewropew tal-Coca Cola.
Micallef għandha MBA mill-Maastricht School of Management u serviet bħala direttur f’diversi bordijiet.