Maria Magri eletta fil-Kunsill ta’ Ħal Luqa

Facebook - Maria Magri

Maria Magri ġiet eletta fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa.

Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali qalet li Magri ġiet eletta f’elezzjoni każwali li saret illum. L-elezzjoni kellha ssir minħabba r-riżenja tal-Kunsillier Laburista Donald Cassar. Cassar kien ġie elett fl-2019.

Skont il-paġna tagħha ta’ Facebook Magri għandha 27 sena. Gradwat fil-management u bħalissa qed tistudja għal MBA. Taħdem full time bħala Procurement Manager. Qed issegwi wkoll il-Program LEAD. Dan il-programm huwa proġett tal-PL bl-għan li jżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Parlament Malti.

Il-kwotazzjoni favorita ta’ Magri hija “Malta l-ewwel u qabel kollox!” tal-eks Prim Ministru Duminku Mintoff (Dom Mintoff).

Wara li ġejt informata li kien hemm siġġu vojt fil-Kunsill Lokali ta' Ħal – Luqa, idecidejt li nitfa' n-nomina tiegħi…

Posted by Maria Magri on Tuesday, June 30, 2020