Maria Efimova se titkellem fil-protesta tal-lejla

Il-Whistleblower Russa u eksimpjegata tal-bank Pilatus Maria Efimova se tindirizza l-protesta tal-lejla li qed tkun organizzata mill-gruppi Awturi u Occupy Justice permezz ta’ messaġġ mibgħut mill-Greċja.
Il-kelliema l-oħra se jkunu s-Segretarja Ġenerali tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MZPN) Emma Portelli Bonnici, id-deputat tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia, il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa, il-membru ta’ Awturi Alexander Hili u l-membru ta’ Occupy Justice Rachel Williams.
Il-gruppi qed iħeġġu lill-pubbliku biex jingħaqad magħhom f’manifestazzjoni bit-tema ‘Ġustizzja u Verità’.
L-attività tibda fl-4pm minn Pjazza Kastilja.