Filmat: Maria Efimova nnominata għall-Premju Daphne Caruana Galizia

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=sNFU8SWIjjE?rel=0&showinfo=0]

L-eks impjegata ta’ Pilatus Bank Maria Efimova ġiet nnominata għall-Premju Daphne Caruana Galizia tal-partit tax-xellug u tal-ħodor fi ħdan il-Parlament Ewropew (GUE/NGL).

Il-premju ssemma għall-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Huwa jingħata lill-ġurnalisti, whistleblowers, u lil dawk li jiddefendu d-dritt għall-informazzjoni. Ir-rebbieħ tal-premju se jitħabbar illum.
F'għeluq is-sitt xahar minn meta Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata, Newsbook.com.mt għamel analiżi tal-11-il unur jew onorifiċenza oħra li rċeviet minn rivisti u gazzetti internazzjonali bħala għarfien tal-irwol li kellha fil-ġurnaliżmu investigattiv f’Malta.
Maria Efimova qalet fi tweet li qed tirċievi theddid, propju ftit tas-sigħat wara li l-eks ċerpersin ta’ Pilatus Bank Ali Sadr Heshemi Nejad ingħata l-libertà proviżjora minn qorti fl-Istati Uniti.