Marda rari tħassarlu l-memorja li qatlulu lil bintu

Wara li ntlaqat minn marda rari tal-moħħ, Paul Jones tħassritlu l-memorja li bintu nqatlet b’mod brutali lura fl-2012.
Wara li moħħu ġie attakkat minn virus, il-missier saqsa lil martu għalfejn iċ-ċkejkna April ma kinitx marret tarah l-isptar. Hawnhekk indunaw li r-raġel kien sofra minn tħassir fħpartijiet ta’ moħħu hekk kif it-tobba qalu li l-virus attakkah bl-aktar mod ħarex li qatt raw.
L-omm devastata qalet li wara li tilfet lil bintha b’mod daqshekk traġiku, issa kellha titlef parti sostanzjali mir-raġel tagħha b’dan il-mod, hekk kif Paul nesa’ partijiet sostanzjali minn ħajtu apparti l-qtil brutali ta’ bintu.
X’kien ġralha April?
April Jones, it-tifla ta’ ħames snin kienet ġiet maħtufha fl-2012, liema ħtif beda l-akbar missjoni ta’ tfittxija li qatt fetħet il-pulizija Ingliża.
It-tifla kienet qed tilgħab bir-rota, meta għal xi raġuni telgħet f’vann li aktar tard ġie kkonfermat li kien misjuq minn Mark  Bridger,  li aktar tard ġie akkużat li qatel lit-tifla, u li wisq probabli ħaraq il-fdalijiet tagħha fil-fuklar taċ-ċumnija tad-dar tiegħu.