Marcos Alonso l-eroj ta’ Chelsea

Marcos Alonso għal darba oħra salva lil Chelsea wara li skurja gowl tard fil-logħba biex b’hekk kisbu punt kontra Bournemouth.

L-Ispanjol kellu żmien xi ftit ħażin f’nofs il-ġimgħa meta tkeċċa waqt il-logħba li Chelsea tilfu 3-0 kontra Bayern Munich.

Madankollu poġġa lil Chelsea fuq quddiem bl-ewwel gowl tiegħu fit-33 minuta. Dan ġara ftit qabel ma Bournemouth skurjaw żewġ gowls wara xulxin grazzi għal Jefferson Lerma u Joshua King. Iżda Alonso kompla jissielet biex jiżgura li jkun l-eroj tal-logħba u b’daqqa ta’ ras minn rebound, żgura li Chelsea se jibqgħu fir-raba’ post.

Riżultati oħra:

Brighton and Hove Albion 0-1 Crystal Palace

Newcastle United 0-0 Burnley

West Ham United 3-1 Southampton