Marco Carta liberat minn kull akkuża; Il-flokkijiet misruqa ma kinux fuqu

Marco Carta jitkellem mal-ġurnalisti waqt li kien ħiereġ mill-qorti

Wara li kmieni matuil il-ġurnata ġriet daqs leħħa ta’ berqa l-aħbar li l-kantant ta’ 34 sena Marco Carta, rebbieħ ta’ Amici, Tale e Quale Show u Sanremo, kien arresstat wara li qabduh ħiereġ minn sabbiliment tal-ħwejjeġ f’Milan b’sitt flokkijiet li l-prezz tagħhom kien jammonta għal €1,200.

Hu kien fil-kumpanija ta’ mara ta’ 53 sena meta kien ħiereġ mill-istabbiliment u daqq l-alarm.

AQRA: il-kantant-marco-carta-arrestat-inqabad-jisraq-be1-200-fi-hwejjeg/

Sakemm instema l-każ tiegħu fil-qorti f’Milan, Marco Carta kien qed jinżamm arrestat fid-dar tiegħu stess.

Iżda minn dak li ħareġ fil-qorti jirriżulta li kien hemm żball u li l-mara li ġiet rappurtata li kienet miegħu, kienet sempliċiment qrib tiegħu fil-ħin li daqq l-alarm u lill-kantant ġabruh magħha. Iżda l-flokkijiet misruqa kienu fil-baskett tagħha.

Il-kantant sab għadd ta’ ġurnalisti jistennewh u hu qal li jinsab kuntent li jinsab kuntent li din is-sitwazzjoni ġiet ikkjarifikata.