Marc Vella Bonnici jinħatar Sindku ta’ Ħaż-Żabbar

Marc Vella Bonnici nħatar uffiċċjalment bħala Sindku għal-lokalita’ ta' Ħaż-Żabbar.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara laqgħa li l-kunsill kellu aktar kmieni llum.
Vella Bonnici se jkun qed jieħu post Quinton Scerri li rriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Sindku wara rapport li kien ippublika l-Bord tal-Governanza Lokali.
Aktar kmieni dan ix-xahar, l-eks Sindku ta’ Ħaż-Żabbar, Quinton Scerri, permezz ta’ status fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook kien qal li hu qed jieħu l-pariri legali kollha biex jittieħdu passi kontra min allegatament “prova jħammeġ il-personalita’” tiegħu u “jinsulta l-vot qawwi u r-rieda ġenwina tal-poplu Żabbari.”