Marble cake tal-vanilla u ċ-ċikkulata

Ingredjenti

300g butir

200g zokkor

4 bajdiet, imħabbtin ftit

200g dqiq self-raising

1 kuċċarina essenza tal-vanilla

3 mgħaref kokotina

2 mgħaref ħalib

Metodu

Saħħan il-forn 170˚Ċ. Iksi l-qiegħ u l-ġnub ta’ landa tal-kejk b’karta strazza.

Ħabbat ħafna flimkien il-butir, iz-zokkor u l-essenza tal-vanilla sakemm ikollok taħlita ħafifa u bajdanija.

Żid il-bajd ftit ftit mat-taħlita sakemm ikunu mħallta għal kollox.

Daħħal id-dqiq bil-mod f’żewġ stadji, imbagħad poġġi nofs it-taħlita f’bieqja separata u żid magħha l-kokotina.

It-taħlita għandha jkollha l-konsistenza li meta terfa’ mgħarfa minnha t-taħlita taqa’ bil-mod. Jekk tkun ftit magħquda żid ftit ħalib.

Ferragħ kwart mit-taħlita tal-vanilla fil-landa tal-kejk u llixxjaha. Imbagħad ferragħ nofs it-taħlita taċ-ċikkulta fuqha u mexxiha fuq l-oħra billi ddawwarha ċrieki u wara ferragħ fil-wiċċ il-kumplament tat-taħlita tal-vanilla.

Spiċċa billi tferragħ l-kumplament tat-taħlita taċ-ċikkulata fil-wiċċ. Imbagħad b’sikkina dawwar u daħħal din it-taħlita f’dik tal-vanilla biex toħloq effett.

Aħmi għal madwar45-50 minuta sakemm meta ddaħħal sikkinag fin-nofs tal-kejk toħroġ niexfa. Ħalli l-kejk jiksaħ madwar 10 minuta qabel toħorġu mil-landa.