Maratona ta’ abseiling b’risq id-Dar tal-Providenza

Dalgħodu bdiet maratona ta’ 34 siegħa abseiling b’risq id-Dar tal-Providenza.
Il-Maratona qed tiġi organizzata mill-grupp tal-Boy Scouts tal-Mosta bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u Radju RTK.
L-Arċisqof Emeritus, Mons. Pawl Cremona dalgħodu bierek il-parteċipanti fil-ftuħ tal-maratona.
Il-maratona bdiet fid-disgħa u tibqa sejra sas-sebgħa tal-Ħadd filghaxija. Dawk li qed jieħdu sehem ġew mitluba jagħmlu donazzjoni ta’ €12 matul il-jum u €6 matul il-lejl biex jagħmlu abseil.
Għall-ewwel darba hemm ukoll l-opportunità biex wieħed jagħmel ziplining tul il-wied tal-Mosta.