Maratona ta’ 30 siegħa table tennis b’risq l-Istrina

Il-HiTT Academy se ttella' maratona ta’ tletin siegħa table tennis b'risq l-Istrina fil-Kulleġġ St Albert the Great, il-Belt Valletta fit-12 u 13 ta’ Diċembru li ġej.
L-Akkademja ser tkun miftuħa għall-pubbliku u l-parteċipazzjoni hi miftuħa għal kulħadd.
Matul il-maratona se jkun hemm diversi attivitajiet għal etajiet varji fosthom bosta kompetizzjonijiet f'dan l-isport sew għall-adulti, għall-aqwa tat-table tennis, ġenituri u tfal sew fuq bażi ta' timijiet u sew individwali.
L-Akkademja qed tistieden ukoll lil plejers veterani Old Boys is-Sibt fid-9pm fejn plejers irtirati qegħdin jiġu mistiedna jieħdu sehem.
Matul il-maratona, l-Akkademja se tkun qed tipprovdi palette għal min m’għandux u għalhekk huma mistednin ukoll dawk li għadhom qatt ma ppruvaw jilgħabu t-table tennis.

Ritratt: Hittmalta.com