Maradona jrid jikkontesta għat-tmexxija tal-FIFA

Diego Armando Maradona irid jikkontesta l-post vakat ta’ President tal-FIFA minflok Sepp Blatter.
Hekk żvela ġurnalist mill-Urugwaj, li tkellem ma’ Maradona fi tmiem il-ġimgħa.
L-eks-Captain tal-Arġentina, illum ta’ 54 sena, kien ilu jikkritika lil Blatter għat-tmexxija tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol (FIFA) u malli faqqa’ l-iskandlu, kien iddikjara ruħu kuntent b’dak li kien ħareġ.