Maradona jindifen mal-ġenituri tiegħu

L-ikona Arġentina tal-futbol Diego Armando Maradona kien midfun il-Ħamis ma ġenb il-ġenituri tiegħu f’ċimiterju fit-tarf ta’ Buenos Aires.

Madwar 30 persuna biss tħallew jidħlu mill-bieb ta’ Jardin Bella Vista, fejn Diego Maradona, missier Diego Armando, indifen ħames snin ilu, għaċ-ċerimonja ta’ siegħa.

Eluf ta’ nies inġemgħu matul ir-rotta ta’ 40 kilometru li hemm bejn iċ-ċimiterju u Casa Rosada, il-binja tal-Gvern Arġentin fejn it-tebut ta’ Maradona tpoġġa għal 12-il siegħa matul l-ewwel minn tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali.

Il-ġisem ta’ Maradona tpoġġa f’tebut ta’ l-injam imgeżwer fil-bandiera bajda u ċelesti tal-Arġentina u flokk tat-tim nazzjonali bin-numru 10 li kien parti mill-laqam tiegħu “D10S” – logħba bil-kelma dios, il-kelma spanjola għal “alla”.

Is-sostenituri tal-plejer leġġendarju, huma u jżuru t-tebut, ħallew fjuri, flokkijiet tal-futbol u kuruni tar-rużarju filwaqt li ħaddiema tas-saħħa qassmu fliexken tal-ilma lin-nies kollha miġbura f’temp jaħraq hekk kif stennew li jkun imiss lilhom biex jidħlu jagħtu l-aħħar tislima.