Maradona jerġa’ jsir kowċ

Diego Maradona nħatar bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Dorados de Sinaloa li huwa klabb fit-tieni diviżjoni Messikana u se jieħu post Francisco Gamez. Il-klabb jinsab fl-aħħar post tal-klassifika wara li kiseb tliet draws u tliet telfiet.

Meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers ta’ kull żmien, Maradona sar kowċ tat-tim nazzjonali Arġentin fl-2008 u rnexxielu jwassal lit-tim sal-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2010. Hu qatta’ wkoll żmien bħala kowċ ma’ klabbs fl-Arġentina u fl-Arabja Sawdija. Matul il-karriera kalċistika tiegħu, l-eks attakkant ta’ Barcelona u Napoli, għen lill-Arġentina tirbaħ it-Tazza tad-Dinja tal-1986.