Papa Franġisku qed iżomm lill-plejer Arġentin bħalu, Diego Maradona, f’qalbu u fit-talb tiegħu, qal il-Vatikan nhar l-Erbgħa.
Maradona, li miet nhar l-Erbgħa fid-dar tiegħu ġewwa l-Argentina wara attakk tal-qalb, iltaqa’ kemm-il darba mal-Papa ġewwa l-Vatikan minn meta Franġisku kien inħatar bħala l-ewwel Papa Latin-Amerikan fl-2013.
“Il-Papa kien infurmat bil-mewt ta’ Diego Maradona, u jiftakar b’affezzjoni dawk id-drabi kollha li ltaqa’ miegħu matul dawn l-aħħar snin, u qed iżommu fit-talb tiegħu kif kien qed jagħmel matul dawn l-aħħar ġranet meta kien mgħarraf bil-kundizzjoni tiegħu,” qal il-kelliem għall-Vatikan Matteo Bruni.
Franġisku ilu ħajtu kollha sostenitur tat-tim tal-futbol Buenos Aires San Lorenzo.