Maniġer mara waħda biss fuq bażi part-time fis-settur pubbliku

Is-sena li għaddiet, fis-settur pubbliku mara waħda biss kellha pożizzjoni ta’ manager fuq bażi part-time.
L-akbar ammont ta’ nisa li jaħdmu fuq bażi part-time fis-settur pubbliku, jagħmlu xogħol fil-qasam tas-servizzi u bħala sales persons.
Infatti mit-tabella li poġġa fuq il-mejda tal-kamra l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, jirriżulta li fl-2014, 580 mara kienu qed jaħdmu f’dawn l-oqsma.
Mill-mistoqsija Parlamentari mressqa mid-Deputat Carmelo Mifsud Bonnici, ħareġ li fis-settur pubbliku, s-sena li għaddiet, kien hemm 943 mara jaħdmu fuq bażi part-time.
It-tieni l-akbar għadd ta’ nisa, jaħdmu bħala skrivana jew support workers.
Kważi l-istess ammont, jiġifieri 139 mara, jaħdmu fil-qasam professjonali, dejjem fuq bażi part-time.