Mara u żewgt itfal imutu mgħarrqa qrib Kreta

File Photo REUTERS/Alkis Konstantinidis

Read in English.

Mara u żewġt itfal mietu hekk kif dgħajsa bl-immigranti għerqet qrib il-gżira ta’ Kreta. Is-56 persuna l-oħra li kienu abbord ġew salvati mill-gwardja tal-kosta. 

Fuq il-post intbagħtu erba’ vapuri ta’ salvataġġ u żewġ helicopters f’ħidma ta’ tfittxija u salvataġġ ħdejn il-kosta tal-gżira, li bħal ħafna żoni oħra fil-Mediterran kienet qed tesperjenza maltemp qawwi. 

Il-Greċja hija waħda mill-pajjiżi fin-nofsinhar tal-Ewropa li qed tissielet mal-kriżi tal-immigrazzjoni. Fl-2015 iktar minn miljun persuna li ħarbu mill-gwerra tas-Sirja u konflitti oħra fil-Lvant Nofsani. Fl-2019 il-Greċja laqgħet aktar minn 75,000 persuna oħra.